- Gozo News - https://gozo.news -

Homily by the Bishop of Gozo at The Sanctuary of Our Lady of Mellieha

Gozo Bishop Mgr Mario Grech, as President of the Maltese Episcopal Conference, gave a Homily at the Mass of the award of the mandate to the heads of schools and church officials in the Secretariat for Catholic Education, at the beginning their mission.

The Mass was held on Wednesday evening at The Sanctuary of Our Lady of Mellieha. Archbishop Paul Cremona O.P. and Bishop Charles J. Scicluna concelebrated this Mass, during which a number of headmasters and three Service Managers were given their new appointments.

This occasion also served to greet a number of head teachers who retired or terminated their commitments at church schools.

The Homily by Bishop Grech is shown below in full in Maltese:

“Il-hidma edukattiva taf tnissel generazzjoni gdida ghaliex edukatur tajjeb jghin lill-istudent jaghraf id-dinjità umana tieghu u jghinu jikseb vizjoni umana tal-hajja. Infatti s-success tal- iskola ma jitkejjilx skont kemm l-istudenti jkunu kisbu certifikati akkademici (li huma importanti ukoll), imma daqskemm l-istudenti jkunu nbnew fi bnedmin godda.

Però huwa fatt ukoll li sistema edukattiva tista’ tkun sterili u ma tiggenera xejn gdid! Dan huwa l-kaz meta l-ghalliem ikun interessat biss li jghaddi lill-istudenti taghrif dwar know-how jew sempliciment attrezzatura teknika (principji tal-ekonomija, xjenzi, taghrif biologiku etc) u dan minghajr ma jindikawlhom ir-raguni jew l-iskop ghaliex jistghu jintuzaw dawn it-teknikalitajiet. F’qaghdiet bhal dawn, l-istudent ikollu f’idejh strumenti minghajr ma jkun jaf ghaliex iservu. Hija din l-edukazzjoni frammentata li wasslet ghal dik li llum tissejjah “emergenza edukattiva”.

Din il-forma ta’ edukazzjoni tista’ taghti l-opportunità biex student juza din l-informazzjoni b’mod irresponsabbli, imma zgur ma tghinx biex il-bniedem ikun tassew liberu. Ghaliex il- bniedem huwa tassew liberu meta huwa mharreg biex jaghmel gudizzju jew ghazla; u biex ikun jista’ jaghmel gudizzju huwa ghandu bzonn jikkonfronta ruhu mal-verità. Biex wiehed ikun verament hieles ma jfissirx li ghandu jkun sajjem minn kollox – mill-bahh ma jinbet xejn! Il-bniedem hieles huwa dak li ghandu l-hila jqabbel il-proposta li ssirlu skont il-vizjoni tal-dinja u tal-bniedem li jipproponilu l-edukatur ma’ dak li hu bhala suggett ikun qed igarrab fl-interjorità tieghu. Filwaqt li l-edukatur jaghmel ir-realtà prezenti lill-istudent, huwa jghinu ukoll jizviluppa u jhaddem il-fakulatjiet superjuri tieghu (intellett u r-rieda) biex ikun jista’ jaghmel l-ghazla tieghu.

Il-poeta Virgilju, li ghalkemm mhux Nisrani kellu antropologija tixbah hafna lil dik Nisranija, jikteb: incipe, parve puer, risu cognoscere matrem. Ghalkemm it-tarbija titwieled ma taf xejn, hija tkun trid taf x’inhu dak li hu (il-mistoqsija dwar il-verità) u jekk dak li hu, huwiex ta’ gid jew ta’ deni ghaliha (il-mistoqsija dwar x’inhu t-tajjeb). It-tarbija ssib it-twegiba taghha fit-tbissima tal-omm, fis-sens li t-tbissima tal-omm tikkonfermala li l-haga hija vera u tajba. Anke in-natura li fiha hemm il-verità oggettiva ghandha t-tbissima taghha – huwa ghalhekk li l-Papa Benedittu XVI jghid li l-Logos (gherf t’Alla) huwa prezenti fil-dinja. Il-bniedem li fih hemm il-gibda ghal dak li hu veru u tajjeb, jissahhar wara t-tbissima tan-natura li turih x’inhu l-veru u t-tajjeb. Ghalkemm nistghu nghidu li quddiem il-verità l-bniedem mhux hieles li jaghzel ghaliex il-verità timponi lilha nnifisha, imma l-bniedem tant hu kbir li xorta jista’ jiddisprezza l-verità.

Bhala skejjel tal-Knisja ahna ghandna l-fidi li tlaqqaghna ma’ Kristu “mimli bil-grazzja u l-verità” (Gw 1,14). Ma nistax nimmagina li l-iskejjel taghna ma jkollhomx lil Kristu bhala c-centru taghhom. Inkun nistqarr l-ovvju jekk nghid li l-kapijiet u l-ghalliema fl-iskejjel tal-Knisja ghandhom ikunu persuni li qeghdin jaghmlu mixja ta’ fidi – altrimenti l-iskejjel tal-Knisja, li l-“professjoni” (l-istqarrija) tal-fidi Kristjana hija aspett essenzjali mill-identità taghhom, kif ser jikkomunikaw il-verità ta’ Kristu li taghmel lill-bniedem hieles? Tkun kontradizzjoni fiha nnifisha jekk il-curriculum tal-iskola tal-Knisja ma jkunx imdakkar bl-Evangelju. Dan huwa s-servizz specifiku li l-iskejjel tal-Knisja qed joffru lis-socjetà kollha kemm hi, anke lil dawk li ma humiex Insara, bil-ghan li nghinu lill-istudenti jiltaqghu mal-verità li taghmilhom hielsa.

Ahna l-ghalliema (jien inkluz ghax nemmen li s-sejha tieghi bhala isqof hija dik ta’ ghalliem) ghandna bzonn insahhu l-kelma mitkellma bix-xhieda. Il-kliem iqanqal imma l-ezempju jkaxkar. It-taghlim jolqot lill-intellett, imma x-xhieda tmiss il-qalb. Ix-xhieda ghandha qawwa didattika tremenda. Ghall-kuntrarju, meta l-ghalliem jaghti kontro-xhieda, huwa jkun idghajjef jekk mhux ukoll ixejjen il-messagg komunikat bil-kliem. Dan ma jfissirx li l-ghalliem ma jistax jizloq – huwa inuman jekk wiehed jistenna lill-ghalliema jkunu perfetti. Minn naha l-ohra, meta min jizbalja jkollu l-kuragg li jirriknoxxi l-ghelt tieghu, din tkun imgiba profondament edukattiva. Ghax meta l-ghalliem jammetti li jkun ghamel zball u jerga’ lura minnu, hu jkun jikkomunika lill-istudenti mhux biss li l-qawwa tal-verità tahdem fuqu ukoll, imma ukoll li l-valur tal-verità huwa tant gholi, li ghalih wiehed huwa lest li jmur kontra tieghu nnifsu.

Filwaqt li ntenni l-apprezzament tieghi, ta’ huti l-Isqfijiet u tal-Provincjali ghall-kollaborazzjoni taghkom il-kapijiet tal-iskejjel taghna biex il-Knisja f’pajjizna tkompli toffri dan is-servizz b’rizq is-socjetà kollha, naghmlilkom kuragg biex ma taqtghux qalbkom quddiem l-isfidi kbar li toffri din l-avventura edukattiva. Naccertakom li l-isforzi kollha li qeghdin naghmlu biex il-komunità Kattolika f’pajjizna tibqa’ tipproponi sistema edukattiva bil-karizma proprju, huma f’waqthom biex inkomplu niggeneraw bnedmin godda.

+ Mario Grech

Isqof ta’ Ghawdex

President tal-Konferenza Episkopali Maltija

Photograph: Photocity, Valletta.

[1] [2] [3]