St George’s Feast ‘Qirew’ with La Stella Philharmonic Society
Email item
| Print item
|
|
The La Stella Philharmonic Society, for the 37th year, is organising the traditional meal for the Feast of St George, ‘The Qirew.’
The Qirew will be held on Friday, the 12th of July, starting at 8.30pm in St George’s Square, Victoria and includes typical food and singing, folk dancing by the Astra folk Group and speeches.
The tickets for this event at € 15 per person, will be on sale later this week, and can be obtained from the La Stella Band Club, Kafe’ San Gorg, the Grapes Wine Bar, from Frank Schembri at the Vajringa Supermarket and from Sammy Rapa at Ta’ Salvina Supermarket.
The Society said that it is essential to book tickets in advance for this event. Apart from a guaranteed place, it also aids efficiency in the food preparation and assists the work of the organisers.
More information about this event can be obtained by calling or sending an sms on 99021591.
Mr Charles Coleiro has complied some local history of The Qirew with La Stella Philharmonic Society, which is shown below in Maltese.
Il-Qirew Wara 37 sena, s-Socjeta’ Filarmonika La Stella terga’ taghmel l-ikla tal-Qirew fil-festi ta’ San Gorg, Ghawdex Il-Qirew – l-Ikla Tradizzjonali tal-Festi Taghna Studju Ricerkat minn CHARLES COLEIRO
Il-festi religjuzi ta’ dawn il-Gzejjer fis-seklu hmistax u fid-dhul tas-seklu sittax ma kinux dawk kif nafuhom illum, bit-tizjin, il-baned u l-loghob tan-nar fil-manifestazzjoni esterna. Il-festa tal-qaddis patrun tal-belt jew tar-rahal kienet festa zghira li seta jwassal ghaliha l-but fqajjar tal-poplu, mahqur mill-mexxejja tieghu u mhedded mill-hallelin tal-bahar li kienu ta’ sikwit jinzlu l-art u jkaxkru warajhom kull gid li setghu imiddu jdejhom fuqu. Izda l-jiem tal-festa kienu l-granet meta l-poplu kien ihoss id-dmir li jintrefa’ fuq qaddu mix-xoghol ghal ftit sighat u seta’ jinsa t-tbatija u l-faqar bis-sahha ta’ xi benefattur ghall-ikla ta’ nhar il-festa. Dawk in-nies ta’ qalbhom tajba li kienu jistghu aktar mill-bqija, insibu li kienu jhallu beneficcju biex tinghata ikla lill-kappillan jew is-sacerdot li jaghmel il-festi tal-knisja, flimkien ma’ dawk li jghinuh u lill-fqar tal-parrocca li jmorru ghall-festa. Ghal dawn l-ikliet li kienu jsiru aktarx wara l-kant tal-Ghasar, f’ghadd ta’ mkejjen f’Malta u Ghawdex kien hemm min halla xi habel raba biex jinxtraw xi garrejn inbid, xi erbat itmiem hobz, lewz twil, ross, ghasel, qubbajt, laham tal-majjal jew xi ghogol.
L-Ikla ta’ Lejlet San Gorg fir-Rabat t’Ghawdex
Mit-testment ta’ Ganni Andrea Bonnici tat-28 ta’ Settembru 1506 hemm imnizzel cenam condecenten – ic-cena jew l-ikla li qed tissemma’ flimkien mal-knisja ta’ San Gorg – Ecclesiae Sancti Georgii Parrochiali Rabbati Gaudisii (1). Il-Qirew kif baqghet maghrufa din ic-cena, ghandu xebh qawwi mal-Agape, l-ikla tar-rit funebri izda kellha wkoll rabta mal-festa tal-Ghid tal-ewwel insara. Dawk li ma kinux bdiewa u li ma kinux irabbu bhejjem, kienu jiksbu qasqus tal-halib u jrabbuh bit-tlaqqit tal-ikel fid-dar. Dan il-qasqus imrobbi b’din is-sistema kien jissejjah ‘dfargin’. Mikiel Anton Vassalli ifisser ukoll id-‘debha’ jew il-qatla tal-vittma ghas-sagrificcju fit-Testment il-Qadim, u kiteb: “Fis-sena kollha, liema hu l-Ghid l-aktar Kbir?” u jwiegeb “Meta missieri jidbah il-hanzir!” (2). Fil-jum li fih kienet issir id-debha tad-dfargin kien Jum il-Qirew jew Jum il-Middija, jigifieri min joqtol il-majjal ghall-Qirew kien marbut li jqassam lill-hbieb, lill-girien u lill-foqra, il-kirxa, mazzit, il-fwied, il-mohh u l-interjuri l-ohra tal-majjal. Min kien jaccetta dawn l-ghotjiet kien jorbot lilu nnifsu li jaghti huwa wkoll l-istess partijiet meta joqtol id-dfargin tieghu. Ma kinux marbuta li jaghmlu hekk l-ghozzieba, ir-romol u min kien tassew fqir.
Festa ta’ Radd il-Hajr
Jum il-Qirew, jum id-debha kien il-jum meta jigi skarnat il-hanzir u dan kien isir meta kienu jridu jfakkru paci milhuqa jew hbiberija miftehma jew issir ir-rabta taz-zwieg jew ukoll meta tintemm b’wicc il-gid xi bicca xoghol kbira bhal bini ta’ knisja. Bosta kien jqisu dan il-jum bhala jum qaddis u ghal din l-ikla kienu jigu mistedna l-hbieb u l-haddara l-ohra kif ukoll il-foqra tal-inhawi biex jibqghu jiftakru f’dik il-grajja ta’ ferh.
F’xi nhawi ta’ Malta il-Qirew kien isir bil-kbir bhal dak ta’ hdejn il-knisja ta’ San Pawl Milqghi, illum fil-limiti ta’ Burmarrad, meta kien jinqatel ghogol shih, l-istess kif kien isir f’Misrah San Gorg meta kien jitqassam ukoll qubbajt, ghasel, inbid u frott. F’inhawi ohra il-Qirew kien nieqes minn hafna ngredjenti li jaghmluh. U dan bir-ragun meta wiehed iqis il-faqar li kien jahkem ‘il-Gzejjer taghna. Insibu li l-Ghawdxin fil-31 ta’ Ottubru fl-1432, fl-4 ta’ Mejju 1438 u mill-gdid fl-20 ta’ Lulju 1439 kitbu lir-Re dwar l-istat hazin tal-gzira “……la insula est povira et destructa…” U meta l-Ghawdxin fl-1438 hallsu tlettax-il uqija minn ghoxrin tal-qligh mill-hidma taghhom u tawhom lill-kollettur tat-taxxi, Antonio Bruno, kitbu fost appelli ohra biex jintbaghat l-ikel ghax kienu qed imutu bil-guh “mandaru in quista insula certi quantita’ di frumenta, ja moriamo di fami…” (3)
Sehem l-Ghawdxin fl-Ikla tal-Qirew
F’xi nhawi Malta izda aktar u aktar f”Ghawdex il-Qirew fl-imghoddi kien ha sura tal-ikla bl-isem tradizzjonali ta “il-fatra” u kienet issir f’lejlet jew f’jum il-festa u aktarx wara l-Ghasar. Jissemmew tal-inqas tlieta u ghoxrin knisja mxerrda mal-gzira kollha. Fir-Rabat, fil-knisja tal-Lunzjata kien jinghata l-ikel lil min iqaddes u jitqassam il-hobz lill-fqar. Il-flus ghal dan il-ghan thallew minn Gugliermu de Buscenis. Frangiska Fava halliet l-imghax fuq mitt skud biex fil-festa tal-Kuncizzjoni jitqassmu erbat itmiem hobz mill-knisja tal-Warda li nbniet mill-familja Apap u li kienet wieqfa hdejn il-knisja ta’ San Gorg u tmiss ma’ dik tal-Madonna t’Idrija. Din l-ahhar knisja kienet mibnija fit-triq tas-Suq minflok dik ta’ San Guzepp u tal-Madonna tad-Dawl li kien hemm sa ftit snin ilu, ftit passi ‘il boghod mill-Bazilka ta’ San Gorg. L-Ghawdxija Tona Navarra Pontremoli fl-1514 halliet gnien biex mill-imghax jinghataw qubbajt, ghasel frott u prodotti ohra tal-ikel, ghal nhar il-festa tal-Madonna t’Idrija. Ma jistax jonqos li fil-festa ta’ San Gorg kienet issir l-ikla tal-Qirew kif ga ssemma fit-testment ta’ Ganni Bonnici bid-data tat-28 ta’ Settembru 1505, hamsa u ghoxrin sena qabel il-migja tal-Kavallieri f’dawn il-Gzejjer.
Kienet hasra li l-Qirew sar darba biss fi zmienna, fl-1976. Izda wiehed ghandu jifrah li jara din it-tradizzjoni terga tohrog fil-berah tal-istess misrah fejn saret seba’ u tletin sena ilu. Il-Qirew, li se jinzamm nhar il-Gimgha, 12 ta’ Lulju, fit-8.30pm, qed jigi organizzat mis-Socjeta’ Filarmonika La Stella, li ilha responsabbli mill-organizzazzjoni tal-festi esterni ta’ San Gorg sa’ mill-1882. Forsi it-tigdid ta’ din il-grajja minn Ghawdex tqanqal lil dawk li ghandhom ghal qalbhom il-grajjiet sbieh marbuta mal-folklor ta’ pajjizna biex il-festi taghna jissaffew minn xejriet godda li bdew dehlin fostna u jhaddnu izjed, kif inhu xieraq, it-tradizzjonijiet sbieh ta’ missirjietna. Aktar informazzjoni inheggigkom izzuru s-sit elettroniku tas-Socjeta’: www.lastella.com.mt.
Riferenzi
Wettinger, G. “Il-Grajja Bikrija tal-Knisja Matrici f’Ghawdex, 1431-1551” pp 3-4
Vassalli, M.A. “Kty yi Klym Malti; Bernardy A.A. “Forma e Colori della Tradizione Maltese, in Lares No, 4-5 Agosto/Novembre 1940 p.22
Cassar Pullicino, G. “Antichi Cibi Maltesi”, Melita Historica Vol.3 sg.2
Hajr lil John Bezzina li fi tfuliti qsamt mieghu bosta mit-taghrif li wassalt f’din il-kitba u li mieghu rajt il-holma li jerga’ jsir il-Qirew fl-1976.


























